Monday, May 13, 2024

Mara arrestata wara li kienet qed iġġor mal-15 -il kilo kannabis fil-bagalja

Aqra wkoll

Griega ta’ 27 sena ġiet arrestata mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li nstabu pakketti bi droga li nstabu fil-bagalja tagħha.

Uffiċjali tad-Dwana wettqu spezzjonijiet fuq passiġġieri li s-Sibt filgħaxija waslu fuq titjira li bdiet f’Madrid, Spanja li waslet Malta wara konnessjoni fi Frankfurt, il-Ġermanja.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-Pulizija u fi tfittxija fil-bagalja tal-mara instabu pakketti bi 15-il kilo sustanza suspettata ħaxixa tal-cannabis.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D li ħatar inkjesta.

Hija se tkun qed titressaq il-Qorti aktar tard illu, għall-ħabta tas-2:30 p.m, quddiem il-Maġistrat Dr Abigail Critien LL.D

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport