Saturday, December 20, 2025

Mara bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-11.00am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Sant’ Antnin, Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti ż-Żejtun u BMW 118 misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Wied il-Għajn.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport