Thursday, March 19, 2026

Mara bi ġrieħi gravi u ġuvni bi ġieħi ħfief wara inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-6:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Kalkara u Audi A4 misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieqa l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport