Mara qed issofri minn ġrieħi gravi waqt li raġel weġġa’ ħafif fil-ħabta li seħħet ilbieraħ bejn trakk u karozza f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00pm fi Triq Ħal Far.
Il-ħabta seħħet bejn karozza Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 30 residenti Wied il-Għajn u trakk Erf misjuq
minn raġel ta’ 44 sena residenti Wied il-Għajn.
Fis-Suzuki kien hemm ukoll mara ta’ 27 sena residenti Wied il-Għajn u tifla ta’ 3 snin.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u ambulanzi li ħadu lill-persuni kollha l-Isptar Mater Dei.
Il-ġrieħi tat-tifla għadhom pendenti waqt li x-xufier tat-trakk sofra biss minn xokk qawwi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.