Saturday, December 21, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara argument bejn xi ġirien f’Marsaxlokk

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tat-8:15 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm
argument bejn xi ġirien, fi Triq Lepanto, Marsaxlokk.

Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu mara ta’ 30 sena b’xi ġrieħi f’wiċċha, allegatament ikkawżat b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Fl-istess waqt ġew infurmati fejn kien l-allegat aggressur. Il-Pulizija mill-ewwel marret fil-post indikat fejn sabu lill-allegat aggressur, raġel ta’ 32 sena u ġie arrestat.

Il-mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet ċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

Min-naħa l-oħra, r-raġel qiegħed jinżamm arrestat mill-Pulizija sakemm linvestigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport