Thursday, December 19, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Balzan

Aqra wkoll

Mara ta’ 44 sena residenti Ħal Balzan qed issofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li dalgħodu għal xi 8:15 a.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kannizzata, f’Ħal Balzan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 23 sena residenti Ħ’Attard.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport