Mara ta’ 77 sena residenti l-Belt Valletta, għal xi 8:30 a.m., ittieħdet l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Sa Maison, Tal-Pietà.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Hyundai I10, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 75 sena residenti Tas-Sliema.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.