Saturday, December 21, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza li baqgħet sejra f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Mara ta’ 30 sena residenti Ħal Għaxaq qed issofri minn ġrieħi gravi, wara li dalgħodu għall-ħabta tal-4:00 a.m, kienet involuta f’inċident fi Triq id-Dragunara f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma intlaqtet minn karozza li allegattament baqgħet sejra. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija wasslu sabiex ftit tal-ħin wara nstabet vettura talgħamla Toyota Vitz li allegatament kienet involuta fl-inċident. Raġel ta’ 26 sena residenti San Ġwann, ġie arrestat għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport