Mara ta’ 47 sena residenti Birkirkara tinsab bi ġrieħi gravi wara li aktar kmieni ilbieraħ filgħodu, għall-ħabta tas-6:30 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Ġiljan f’Birkirkara
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li mara kienet intlaqtet karozza tat-tip Toyota Yaris, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti Birkirkara.
Fil-post issejħet minnufih ambulanza u tim mediku biex il-mara ngħatat l-għajnuna neċessarja sakemm hija setgħet tittieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni medika. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.