Mara ta’ 54 sena li tgħix Ħal-Balzan, għal xi 8:15 a.m., ittieħdet
l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tal-għamla Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti Santa Venera.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.



