Saturday, July 20, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fil-Gżira

Aqra wkoll

Mara ta’ 51 sena residenti l-Gżira qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-7:45 a.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens fil-Gżira

Minn stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn karozza tat-tip Mazda, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Tas-Sliema.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ittieħdet l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport