Friday, November 22, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn 3 karozzi fl-Imsida

Aqra wkoll

Mara ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-2.00pm kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm l-Imsida.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara Ġermaniża ta’ 40 sena, Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 63 sena residenti Santa Luċija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-mara ta’ 63 sena u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata bi ġrieħi serji.

Iż-żewġ xufiera l-oħra ma sofrewx ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D. ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport