Mara ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn mutur.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m., fi Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema.
Il-mutur kien misjuq minn raġel mill-Bangladesh ta’ 45 sena residenti ukoll Tas-Sliema.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

