Saturday, May 4, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà hi u tgħum f’Kemmuna

Aqra wkoll

Mara f’kundizzjoni serja wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja ta’ Blue Lagoon, f’Kemmuna.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li għall-ħabta ta’ nofsinhar Amerikana ta’ 50 sena sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tgħum.

Membri mill-Emergency Response and Rescue Corps tellgħu lill-mara fuq l-art u tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku fuq il-post. Il-vittma ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D ġiet infurmat bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport