Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sfat imtajra f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ fs-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tal-12.15 a.m. fi Triq Ġużè Howard.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li l-mara, li toqgħod Tas-Sliema, ittajret minn vettura tat-tip Nissan March li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 25 sena li joqgħod San Ġwann.
Il-mara ttieħedet l-Isptar għall-kura fejn aktar tard kinet iċċertifikata li kienet tinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.