Monday, March 2, 2026

Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret fl-Imġarr 

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-9.30am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq iż-Żebbiegħ, l-Imġarr.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 70 sena residenti l-Imġarr ntlaqtet minn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Imġarr.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, waqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. Hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Il-Maġsitrat Dr. Franco Agius LL.D. ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport