Thursday, December 19, 2024

Mara fis-sakra tammetti li kkaġġunat ġrieħi ħfief fuq il-Pulizija

Aqra wkoll

Illum, l-Ispetturi Gabriel Micallef u Daryl Borg ressqu l-Qorti mara ta’ 35 sena u akkużawha li kaġġunat ġrieħi ħfief fuq erba’ uffiċjali tal-Pulizija.

L-inċident ġara aktar kmieni dalgħodu meta żewġt uffiċjali li kienu fuq ronda fil-Belt Valletta għamlu spezzjoni ġewwa bar. Il-mara li kienet fi stat ta’ sakra, avviċinat lill-Pulizija u wara li bdiet tinsultathom, ħebbet għalihom. Minħabba li baqgħet aggressiva kellha tiġi arrestata, ntalbet l-assistenza u titieħed l-għassa minn żewġt uffiċjali oħra, li sfaw attakkati ukoll.

Hi ammettiet l-akkużi u ġiet ikkundannata sena ħabs sospiża għal sentejn flimkien ma’ multa ta’ €800.

Ekonomija

Sport