Mara ta’ 66 sena residenti Birkirkara qed issofri minn ġrieħi serji wara li intlaqtet minn karozza f’Birkirkara.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tan-12:30 p.m. fi Triq il-Wied , f’Birkirkara.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 66 sena u toqgħod Birkirkara, intlaqtet minn Volkswagon Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Floriana.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.