Thursday, May 8, 2025

Mara Għawdxija tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Fgura

Aqra wkoll

Mara ta’ 32 sena residenti Għajnsielem, Għawdex, għal xi l-10.15am, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Ford Fiesta, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 78 sena residenti Wied il-Għajn.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport