Friday, November 15, 2024

Mara immultata talli l-kelb ħammeġ quddiem il-ġara

Aqra wkoll

Maġistrat immultat mara €69 wara li sabitha ħatja li ħalliet il-kelb jiġġerra barra u ħammeġ quddiem id-dar tal-ġara.

Mary Rose Meli kienet mixlija li fil-15 u fis-16 ta’ Ottubru 2019 ħalliet lill-kelb jiġġerra fit-triq fejn toqgħod f’Ħal Qormi mingħajr ċinga, li naqset li ġġorr magħha borża biex tiġbor il-ħmieġ tiegħu u li naqset li tiġbor il-ħmieġ.

Kienet Tiffany Abela li marret tagħmel rapport l-għassa tal-Pulizija wara li mill-filmati tas-CCTV cameras li għandha mad-dar innutat li kien il-kelb ta’ Meli li kien qed idur bla ċinga fit-triq u ħammeġ quddiemha.

Abela nsistiet li din ma kinitx l-ewwel darba u għalkemm kellmet lill-akkużata s-sitwazzjoni baqgħet ma tranġatx.

Il-Maġistrat Grech sabet lil Meli ħatja u immultata €23.29 għall-ewwel akkuża, €11.65 għat-tieni waħda u €23.29 oħra għat-tielet akkuża.

Ekonomija

Sport