Elaine Diacono ta’ 43 sena ġiet ikkundannata disa’ xhur ħabs wara li nstabet ħatja li tlajjat għal skop ta’ prostituzzjoni.
Hija kienet mixlija li naqbdet titlajja fl-inħawi ta’ Tax-Xbiex fis-sigħat bikrin tal-25 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet.
Abbażi tal-affidavit imħejji mis-Suġent tal-pulizija inkarigat mill-każ, Diacono instabet ħatja tal-akkużi
Diacono nstabet ħatja wkoll li hija riċediva wara li ġiet ikkonfermata sentenza li ngħatat fil-konfront tagħha fl-2013.
Il-Qorti kkundannat lil Diacono disa’ xhur ħabs effettivi.