Saturday, December 28, 2024

Mara l-Isptar wara ħabta bejn erba’ vetturi

Aqra wkoll

Mara ta’ 62 sena residenti n-Naxxar iddaħħlet l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn erba’ vetturi; Subaru mijusqa minn mara ta’ 62 sena residenti n-Naxxar, tal-Linja misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, Volvo misjuq minn raġel ta’ 55 sena u Volgsvagen misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti x-Xewkija Għawdex.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-mara sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. S’issa l-kundizzjoni tagħha għadha mhijiex magħrufa.

L-investigazzjoni b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport