Saturday, May 4, 2024

Mara l-isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Mara ta’ 57 sena residenti San Lawrenz kellha tidaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tal-4.15pm kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Ġwanni Pawlu II fir-Rabat Għawdex.

Jirriżulta li l-mara kienet qed issuq mutur tal-għamla Piaggio Vespa, filwaqt li l-karozza li kienet tal-għamla Peugeot 208 kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Fontana.

Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ħadu lil mara l-isptar.

Jidher li s-sewwieqa tal-mutur sofriet ġrieħi ħfief.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Sport