Mara iddaħħlet l-Isptar Mater Dei, wara li aktar kmieni, għall-ħabta tat-8:00 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Vjal Santa Luċija , Raħal Ġdid
Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Citroen Saxo misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Birżebbuġa u readymix.
Il-mara ingħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar għal aktar kura. S’issa l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.