Wednesday, March 27, 2024

Mara l-Isptar wara ħabta bejn tliet vetturi fil-Marsa Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Mara ttieħdet l-Isptar minħabba ġrieħi li sofriet f’inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-6:55 a.m fil-Marsa Ħamrun bypass.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn tliet vetturi- Citroen Berlingo misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Santa Venera, Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa u Nissam nv 200 misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Ħal Kirkop.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-mara sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

Għal xi ħin inħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku fiż-żona. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport