Għawdxija ta’ 30 sena miż-Żebbuġ kellha tiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tas-1.00 a.m. kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb.
Għal xi raġuni l-mara tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha tal-għamla Toyota Vitz bil-konsegwenza li baqgħet dieħla f’vettura Peugeot 107. Fortunatament ma kien hemm ħadd f’din il-vettura.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.