Friday, May 3, 2024

Mara l-Isptar wara ħabta fil-Mosta

Aqra wkoll

Fl-inħawi tal-Mosta bħalissa hemm konġestjoni tat-traffiku wara li għall-ħabta tal-11.10 seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ vetturi fi Triq ta’ Żejfa fil-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Pronton misjuqa minn raġel ta’ 41 sena – li miegħu kellu riekba mara ta’ 42 sena residenti n-Naxxar – u oħra tal-għamla Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Mosta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara fl-ewwel karozza lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika.

Fuq il-post hemm uffiċjali tal-Pulizija li qed jinvestigaw dan l-inċident. Uffiċjali mil-LESA qed jiddevjaw it-traffiku minħabba li parti mit-triq direzzjoni Mosta tinsab magħluqa għat-traffiku.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Sport