Friday, November 15, 2024

Mara l-Isptar wara ħabta fl-Imsida

Aqra wkoll

Mara ndarbet wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tad-9:00 kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot misjuq minn mara ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 42 sena minn Ħ’Attard.

Il-mara kienet assistita fuq il-post minn tim mediku u ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

S’issa l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident.

Ekonomija

Sport