Mara sofriet xi ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:15 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ix-Xatt f’Tal-Pietà.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Toyota IQ misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Belt u Toyota Corsa mijuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti l-Ħamrun. Mad-daqqa l-ewwel karozza spiċċat ħabtet f’karozza tal-linja misjuqa minn raġel Taljan ta’ 50 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fil-post issejjaħ tim mediku li assista lill-mara sakemm hija setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.