Sunday, February 23, 2025

Mara l-Isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Mara ta’ 26 sena kellha tiddaħal l-isptar wara li nhar is-Sibt għall-ħabta tat-8.00pm kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.

Mill-ewwel investigazzjnijiet jirriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq karozza Fiat 500 fi Triq l-Ewwel Titjira f’Ħal Luqa hekk kif toħroġ mill-mini ta’ Ħal Kirkop direzzjoni Gudja.

Għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li ħabdet mat-tarf tas-central strip. Magħha fil-vettura kien hemm raġel ta’ 28 sena mill-Urugwaj.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni nvoluti fl-inċidenti.

Il-mara ttieħed l-isptar u l-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa, filwaqt li r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport