Monday, February 16, 2026

Mara tweġġa’ gravi wara li nqalbet bil-karozza

Aqra wkoll

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-mara li għall-ħabta tal-5.00am inqalbet bil-karozza ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 35 sena u resident r-Rabat, sofriet xi ġrieħi wara li tilfet il-kontroll tal-Ford Fiesta li kienet qiegħda ssuq u nqalbet.

Aktar kmieni: Mara l-isptar wara li nqalbet bil-karozza

Mara ta’ 35 sena residenti r-Rabat Malta ddaħlet l-Isptar wara li aktar kmieni nqalbet il-karozza qrib il-roundabout tal-Imrieħel.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li assistew lil persuna u aktar tard ittieħded l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport