Sunday, December 22, 2024

Mara l-Isptar wara li waqgħet parti minn siġra fuq il-vettura li kienet qiegħda ssuq

Aqra wkoll

Mara’ ta’ 50 sena mill-Birgu ddaħħlet l-isptar għall-osservazzjoni wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-8:40 a.m kienet involuta f’inċident fi Vjal Sir Paul Boffa fil-Marsa.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li trakk li kien qed jinstaq fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid ġibed parti mnn siġra li konsegwentament tqaċċtet.

Din il-parti li tqaċċtet ġiet fuq is-saqaf tal-karozza li kienet qiegħda tinstaq wara dan it-trakk.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-osservazzazzjoni xokk li sofriet.

Kawża tal-inċident inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku sakemm Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ uffiċjali oħra eliminaw il-periklu.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.

Ekonomija

Sport