Wednesday, December 25, 2024

Mara maħtufa minn raġel tinħeles wara li ħalliet nota mal-ordni tal-ikel lil ristorant fl-Amerka

Aqra wkoll

Amerikana li kienet tinsab maħtufa, bagħtet nota lil ristorant minn fejn kienet se tordna l-ikel. 

Il-mara għamlet l-ordni b’mod normali iżda qabel ma bagħtitha ħalliet nota fis-sezzjoni ’Additional Instructions’ fejn kitbet li kif jiġu bl-ordni tagħha, iġibu magħhom lill-pulizija għaliex kienet tinsab fil-periklu. 

Hekk kif il-ħaddiema qraw in-nota, ċemplu lill-pulizija immedjatament u infurmawhom b’dak li rċivew. 

Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-mara ta’ 24 sena kienet ġiet maħtufa u stuprata minn raġel li ltaqgħet miegħu. L-iskwadra tal-pulizija marret fuq il-post u arrestatu. 

Ir-raġel ta’ 32 sena ġie akkużat bi stupru, theddid u pussess ta’ armi illegali fost l-oħrajn. Ir-raġel ġie akkużat ukoll bi stupru ieħor fuq mara oħra.  

Il-mara rringrazzjat lill-ħaddiema kollha li taw kas in-nota tagħha u għenuha tinħeles mill-martirju li kienet fih.

Ekonomija

Sport