Saturday, November 23, 2024

Mara mhux ħatja li serqet vann bl-għodod fih

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara ma sabitx ħatja li serqet vann bl-għodod fih wara li l-maġistrat li semgħet il-kawża tagħha ikkonkludiet li ma tressqu ebda prova li biha kellha tinstab ħatja.

Antonella Vella kienet mixlija li fil-lejl ta’ bejn it-8 u d-9 ta’ Ġunju 2018 serqet vann Mazda minn Ħal Tarxien b’dannu għal Gaetano Farrugia. Hija kienet akkużata wkoll li serqet l-għodda minn ġo fih u li ikkaġunat ħsara fl-istess vettura.

Vella ġiet mixlija wkoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqha mill-Maġistrat Josette Demicoli f’Awwissu 2017. Mill-provi mressqa quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli rriżulta li xi pulizja raw lill-eks-sieħeb tagħha jħott għodda mill-vann misruq bl-akkużata titkellem miegħu minn fuq għatba ta’ residenza.

Vella ċaħdet li kienet involuta f’din is-serqa bl-imsemmija maġistrat tgħid li dan il-fatt ma kienx biżżejjed biex tinstab ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha u għalhekk illiberatha.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Chantelle Casha mentri l-Avukat David Gatt deher għal Vella.

Sport