Friday, November 15, 2024

Mara misruqa $30,000 minn “astronawta maqbud fl-ispazju”

Aqra wkoll

Raġel li kien qiegħed jilgħabha li huwa astronawta Russu maqbud fl-ispazju rnexxielu jqarraq b’mara ta’ 65 sena u serqilha eluf ta’ dollari.  Il-vittma, li tgħix fil-belt ta’ Higashiomi fil-Ġappun, bdiet temmen il-qerq ta’ dan ir-raġel hekk kif dan beda jgħidilha li jħobbha u jixtieq jiżżewwiġha. Hu kien qal lill-vittma li ma kellux biżżejjed flus biex jitlaq mill-international space station – fejn taparsi jaħdem – u jkun jista’ jinżel il-Ġappun. Għalhekk hu talabha biex tib­għalu l-flus. 

Skont il-gazzetta Ġappuniża Yomiuri Shimbun, dawn iż-żewġ persuni ltaqgħu fuq Instagram fit-28 ta’ Ġunju li għadda u l-aggressur qalilha li jaħdem fl-International Space Station. 

Maż-żmien huma baqgħu jitkellmu u beda jġegħelha temmen li jħobbha tant li spiċċat bagħtitlu kważi $30,000. Iżda ġara li hekk kif hi bagħtet dawn il-flus, is-suppost astronawta baqa’ jitlobha għal iktar u kien hawn li rrealizzat li hemm xi ħaġa tinten f’dan kollu u eventwalment ikkuntattjat lill-pulizija.

Ekonomija

Sport