Sunday, December 22, 2024

Mara mixlija li għamlet rapport falz dwar stupru minn xufier tal-Bolt

Aqra wkoll

Mara li taħdem bħala direttur ta’ kumpanija nżammet taħt arrest preventiv wara li ġiet mixlija li għamlet rapport falz meta allegat li ġiet stuprata minn xufier tat-taxi.

Il-mara ta’ 45 sena, kienet ibbukkjat taxi għall-ħabta tat-3.09 a.m., biex tmur lura lejn id-dar tagħha f’San Pawl il-Baħar. 

Hija allegat li x-xufier kien ħa triq oħra u allegatament stupraha f’post imwarrab qrib Baħar iċ-Ċagħaq. 

Meta kkonfrontat b’dawn l-allegazzjonijiet, ix-xufier, li jaħdem mal-kumpanija Bolt, ċaħad l-istupru u qal li s-sess kien konsenswali. 

Il-vjaġġ bil-karozza kien juri li x-xufier kien ħa rotta differenti minn dik li allegat il-mara, li qiegħed twieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tagħha. 

Il-mara kienet mixlija li akkużat lir-raġel b’reat li taf li ma kienx minnu, li ħadet ġurament falz u li ffabrikat l-evidenza. 

Hija kellha t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda minħabba n-natura serja tal-akkużi, u l-fatt li għad baqa’ xhieda pajżana li għad iridu jixhdu. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Andrew Agius Bonello. L-Avukat Jason Grima deher għall-mara. 

Ekonomija

Sport