Sunday, December 29, 2024

Mara mixlija li sawtet lil omm ir-raġel waqt l-aċċess għal tifel

Aqra wkoll

Mara ta’ 31 sena min-Naxxar li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti tressqet quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello fejn ġiet mixlija li sawtet lil omm ir-raġel.

Il-Qorti semgħet kif fil-5 ta’ Jannar li għadda fi Triq il-Mosta fejn tgħix seħħ l-imsemmi każ waqt li omm ir-raġel marret għat-tifel ta’ sitt snin tal-koppja peress li m’għadhomx flimkien.

Il-mara wieġbet li mhux ħatja u ngħatat il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Omm ir-raġel kienet preżenti fl-awla bi ġrieħi viżibbli f’wiċċha.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Nicholas De Gaetano mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Sherona Buhagiar.

Ekonomija

Sport