Saturday, December 28, 2024

Mara Peruvjana ssofri ġrieħi gravi f’hit and run

Aqra wkoll

Mara Peruvjana ta’ 30 sena sofriet ġrieħi ta’ natura gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.10 a.m. fi Triq Testaferrata.

Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn vettura li telqet minn fuq il-post u mutur tal-għamla Niu li kien qed jinstaq mill-mara.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater b’ambulanza għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport