Saturday, December 28, 2024

Mara Russa tħeġġeġ lil żewġha biex jabbuża sesswalment minn tfajliet Ukreni waqt il-gwerra

Aqra wkoll

Mara Russa kienet qed tħeġġeġ lil żewġha li kien qed jiġġieled mal-forzi Russi fl-Ukranja biex meta jkun hemm “jabbuża sesswalment minn tfajliet Ukreni”.

F’investigazzjoni li saret, il-mara Olga Bykovskaya spiċċat taħt mandat t’arrest internazzjonali biex titressaq quddiem il-ġustizzja minħabba dak li wettqet. Jekk tiġi arrestata u tinstab ħatja tista’ teħel sa 12-il sena ħabs skont il-Konvenzjoni ta’ Genevra.

Skont dak li ġie stabbilit mill-investigazzjoni li saret mill-awtoritajiet Ukreni, Olga kienet qed tħeġġeġ lil żewġha waqt telefonati li kien ikollha biex jabbuża sesswalment minn tfajliet Ukreni u dan sakemm juża l-kontroċettivi u anke ma jgħidilix ma min kellu x’jaqsam sesswalment.

L-awtoritajiet Ukreni xandu telefonata li saret minn Olga lil żewġha fejn hi qed tħeġġu jagħmel dawn l-affarijiet.

S’issa l-mara għadha ma ġietx arrestata, però l-forzi Ukreni qalu li huma determinati li hi titressaq quddiem il-ġustizzja u tieħu s-sentenza li ħaqqha.

Ekonomija

Sport