Saturday, September 7, 2024

Mara ssofri ġrieħi f’rasha wara ħabta fin-Nadur

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tas-2:15 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ir-Ramla fin-Nadur.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti n-Nadur u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żabbar. Passiġġiera fit-tieni karozza kien hemm mara Kolumbjana ta’ 26 sena.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-Kolumbjana lejn l-Isptar għal aktar attenzjoni medika wara li sofriet xi ġrieħi f’rasha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport