Thursday, December 26, 2024

Mara ssofri ġrieħi gravi f’ħabta f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Mara ta’ 55 sena residenti l-Gudja sofriet ġrieħi ta’ natura gravi wara li kienet involuta f’ħabta f’Ħal Tarxien. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.15 a.m. fi Triq is-Sorijiet.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vettura tat-tip Renault Captur, li kienet qed tinstaq mill-mara, u vettura oħra tat-tip BMW 320D li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien.

Sussegwentement il-vettura misjuqa mill-mara kellha wkoll impatt ma’ vann tat-tip Ford Connect li kien ipparkjat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport