Saturday, December 21, 2024

Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident fil-Gżira

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara Franċiża ta’ 63 sena u residenti Ta’ Xbiex, qed tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofriet wara li ġiet milquta minn vettura. Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-12:45 p.m fi Triq ix-Xatt, Gżira.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mara ta’ 63 sena kienet ġiet milquta minn vettura tal-għamla
Otokar Kent LF li kienet qed tintsaq minn raġel mill-Filippini ta’ 37 sena residenti Tal-Pietà.

Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ittieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport