Spanjola ta’ 47 sena residenti s-Swieqi sofriet ġrieħi gravi waqt argument f’kumpless fin-Naxxar.
Ilbieraħ għall-ħabta tas-06.00 p.m., il-Pulizija ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’kumpless tad-divertiment fi Triq Tul il-Kosta, n-Naxxar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq il-post irriżulta li kien seħħ argument bejn Spanjola ta’ 47 sena, raġel ta’ 30 sena residenti l-Ħamrun, mara ta’ 28 sena residenti l-Ħamrun, mara ta’ 35 sena residenti Ħal Tarxien, mara ta’ 25 sena residenti l-Marsa, mara ta’ 19-il sena residenti l-Marsa, ġuvni ta’ 16-il sena residenti l-Marsa u raġel ta’ 24 sena residenti l-Ħamrun.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura medika. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.