Saturday, December 21, 2024

Mara ssofri ġrieħi gravi wara ħabta f’Ħad-Dingli

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-2:15 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ir-Rabat f’Ħad-Dingli.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn VW Polo misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti Marsaskala u Alfa Romeo Giulietta misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena residenti Ħad-Dingli. 

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li ta l-assistenza medika liż-żewġ sewwieqa sakemm huma setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard il-ġuvni kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief u l-mara bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport