Thursday, December 26, 2024

Mara ta’ 39 sena fil-periklu tal-mewt wara li tiżloq waqt li kienet tiela’ bankina fin-Nadur

Aqra wkoll

Mara ta’ 39 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li żelqet waqt li kienet tiela’ l-bankina fi triq fin-Nadur. Il-Pulizija kienet informata bl-inċident fi Triq it-Tiġrija għall-ħabra tal-10.00 a.m.

Il-mara, li hija residenti fl-istess lokalità, ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza u ġiet iċċertifikata li kienet fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Brigette Sultana li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport