Tuesday, December 24, 2024

Mara ta’ 50 sena tintbgħat 6 xhur ħabs wara li serqet minn 5 iħwienet

Aqra wkoll

Mara ta’ 50 sena ammettiet quddiem il-Qorti li kienet wettqet 5 serqiet minn ħwienet differenti.

Hija kienet akkużata li serqet ħwejjeġ tagħmir teknoloġiku u mingħand spiżjerija. Hi ġiet akkużat wkoll li kisret ordni tal-Qorti dwar każ ieħor.

Il-Qorti wara li semgħet ammissjoni tal-mara qalet li dawn ir-reati kienu twettqu ftit xhur biss wara li kienet tqiegħdet taħt ordni ta’ probation għal reati simili.

Ġie nnutat ukoll li l-mara ilha għaddejja bil-problemi tad-droga għal dawn l-aħħar 25 sena. Hija dipendenti fuq l-eroina u anke l-kokaina. Fil-Qorti ġie spjegat ukoll li f’dawn is-snin kollha kemm-il darba l-mara pprovat tindirizza l-problema tad-droga, iżda qatt ma waslet biex tieqaf għal kollox.

Kien għalhekk qalet il-Qorti li din il-problema waslitha biex taqbad ħajja kriminalita u spiċċat tisraq biex tkun tista’ tixtri d-droga.

Il-Qorti nnutat ukoll li jekk il-mara se tibqa’ fil-komunità se tibqa’ ssibha diffiċli biex taħdem fuq il-problema tad-droga.

Kien għalhekk li biex tindirizza l-problemi tagħha, il-qorti qalet li jkun fl-aħjar interess tal-mara li tingħata sentenza ta’ ħabs effettiva biex b’hekk tingħata l-għajnuna neċessarja.

Il-Qorti kkundannat lil mara 6 xhur ħabs kif ukoll ġiet ordnata tħallas €420 lill-ħwienet li serqet. Hija tpoġġiet taħt ordni ta’ trattament għal ħames snin.

Ekonomija

Sport