Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li mara ta’ 65 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Hija kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fid-29 ta’ Diċembru u mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-mara, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni. Huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħroġx u jċempel 111.