Sunday, December 22, 2024

Mara ta’ dixxendenza Maltija nstabet mejta fl-Awstralja

Aqra wkoll

Christine Formosa Rakic ta’ 50 sena nstabet mejta fid-dar tal-eks sieħeb tagħha fil-belt ta’ Sydney fl-Awstralja nhar it-Tlieta li għadda għall-ħabta tat-8.30pm. Il-pulizija Awstraljana qalu li dan il-każ qed ikun investigat bħala każ ta’ vjolenza domestika.

Kienu membri tal-familja tagħha stess li ċemplu lill-pulizija hekk kif kienu mħasbin b’dak li kien qiegħed jiġri f’darha. Skont dak li qed jiġi rraportat fil-midja internazzjonali, Christine mietet bi ġrieħi gravi ħafna.

L-eks-raġel tagħha Dusan Rakic li wkoll għandu 50 sena nstab fl-istess dar bi ġrieħi gravi tant li jinsab f’koma. Il-pulizija qegħdin għassa miegħu fl-Isptar biex malli jirkupra mill-ewwel ikelmuh dwar dak li ġara.

Din is-sena Christine kienet għamlet rapporti mal-pulizija minħabba vjolenza domestika. Wara Dusan kien akkużat b’diversi akkużi l-Qorti, iżda kien ingħata l-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

Sport