Saturday, May 4, 2024

Mara taħfer lis-sieħeb li hu akkużat li stupraha biex ma jitlifx xogħlu u d-dar

Aqra wkoll

Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ra lis-sieħba tiegħu taħfirħu waqt kawża kriminali fejn qiegħed jiġi akkużat li stupra. Hi qalet li ma riditx tkompli bil-każ biex ma jitlifx xogħlu.

L-akkużat kien mixli li fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ Marzu li għadda waqt li kien mas-sieħba f’residenza f’San Pawl il-Baħar fejn jgħix hu stuprha.

L-Ispettur John Spiteri li qiegħed imexxi l-Prosekuzzjoni informa lill-Maġistrat Gabriella Vella li l-mara ma xtaqitx tipproċedi bil-kawża.

Kien hawn li l-Maġistrat Vella staqsiet lis-sieħba tal-akkużat għaliex ħadet din id-deċiżjoni fejn informata li jekk tkompli l-kawża hu kien se jitlef ix-xogħol u anke d-dar. Qalet ukoll li hija tħobbu u li qatt ma tixtieq li jmur il-ħabs minħabba l-każ.

F’kummenti li għaddiet il-Maġistrat qalet li minn dak li semgħet innotat li l-mara ma dehritx li kienet sfurzata biex ħadet din id-deċiżjoni. Qalet li minkejja li l-akkuża hija waħda serja ħafna xorta kellha tirrispetta d-deċiżjoni tal-mara.

Kien għalhekk li l-Maġistrat Vella qalet li kienet qiegħda twaqqa’ l-akkużi kontra r-raġel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport