Saturday, November 23, 2024

Mara tingħata kumpens ta’ €85,548 wara li weġġgħet waqt li kienet fuq xogħolha f’bastiment

Aqra wkoll

Il-Qorti ordnat li mara Ungeriża tingħata kumpens ta’ €85,548 wara li kienet qed taħdem bħala waitress u weġġgħet wara li kienet abbord fuq bastiment

Judit Kristztina Millner fetħet kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra kumpanija reġistrata f’pajjiżna u li toffri vjaġġi għall-passiġġieri fi xmajjar fl-Ewropa. Hija spjegat li meta kienet qed taħdem abbord il-bastiment “Crystal Mahler” u minħabba l-ħafna xogħol, din bdiet tbati minn kundizzjoni f’idha x-xellugija. Il-mara irrimarkat li bdiet hi bdiet tbati minn din il-kundizzjoni minħabba tqandil ta’ oġġetti tqal u minħabb ħinijiet twal tax-xogħol.

Min-naħa tiegħu, l-Imħallef Toni Abela, li sema’ l-kawża irrimarkka li l-kumpanija naqset milli tieħu interess, tant li ma ressqet ebda provi biex taqbeż għad-drittijiet tagħha u tirribatti dak li qalet l-Ungeriża.

L-Imħallef Abela qal li minn xhieda tal-kumpanija ħareġ li bħala medja kien hemm ħaddiema fuq il-vapur li kienu jagħmlu 90 siegħa xogħol fil-ġimgħa. Kien hawn fejn il-Qorti irrimarkat li s-sigħat imsemmija huma aktar minn dak stipulat fil-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu.

Il-Qorti żammet lill-kumpanija responsabbli għal dak li għaddiet minnu l-mara. Meta il-Qorti ġie biex jagħti l-kumpens, qies diversi raġunijiet, fosthom li l-mara kellha 46 sena u li minħabba l-istess raġuni spiċċat b’diżabilità fiżika u psikoloġika ta’ 26%.

Sport